29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Suceava – Ir-Rumanija) – Casa Judeţeană de Pensii Botoşani vs Evangeli Paraskevopoulou
(Kawża C-668/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domanda preliminari identika - Sigurtà soċjali għall-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 7(2)(ċ) - Applikabbiltà tal-ftehim dwar is-sigurtà soċjali bejn Stati Membri - Refuġjat rimpatrijat li joriġina minn Stat Membru - Twettiq ta’ perijodi ta’ impjieg fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor - Talba għall-għoti ta’ benefiċċju tax-xjuħija - Rifjut))
(2015/C 213/17)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Suceava
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Casa Judeţeană de Pensii Botoşani
Konvenut: Evangeli Paraskevopoulou
Dispożittiv
L-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ sigurtà soċjali taċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati firmatarji li kellhom il-kwalità ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-Istat firmatarju l-ieħor, konkluż f’data fejn kien għad ma hemmx adeżjoni fl-Unjoni ta’ wieħed miż-żewġ Stati firmatarji u li ma jirriżultax fl-Anness III ta’ dan ir-regolament, ma jibqax applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ refuġjati politiċi rimpatrijati fl-Istat ta’ oriġini tagħhom qabel il-konklużjoni tal-ftehim bilaterali u d-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament.
(1) ĠU C 85, 22.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy