4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Mercantil de Barcelona) – Spanja – Kawża mibdija minn Gimnasio Deportivo San Andrés SL, fi stralċ
(Kawża C-688/13) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Trasferiment ta’ impriża - Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati - Interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/23/KE - Trasferent li huwa suġġett għal proċedura ta’ insolvenza - Garanzija ta’ nuqqas ta’ teħid ta’ responsabbiltà mit-trasferent għal ċerti djun tal-impriża ttrasferita)
(2015/C 146/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Mercantil de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Gimnasio Deportivo San Andrés SL, fi stralċ
fil-preżenza ta’: Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Fondo de Garantía Salarial
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji għandha tiġi interpretata fis-sens li:
—
f’każ li, fil-kuntest ta’ trasferiment ta’ impriża, it-trasferent ikun suġġett għal proċedura ta’ insolvenza li tinsab taħt il-kontroll ta’ awtorità pubblika kompetenti u li l-Istat Membru kkonċernat ikun għażel li juża l-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, dan tal-aħħar ma jipprekludix lil dan l-Istat Membru milli jipprevedi jew milli jippermetti li l-piżijiet imposti fuq it-trasferent, fid-data tat-trasferiment jew tal-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza, minn kuntratti jew relazzjonijiet ta’ impjieg, inklużi dawk marbuta mal-iskema legali ta’ sigurtà soċjali, ma jiġux ittrasferiti liċ-ċessjonarju, bil-kundizzjoni li din il-proċedura tiżgura protezzjoni tal-impjegati tal-inqas ekwivalenti għal dik stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE tal-20 ta’ Ottubru 1980 [dwar it-taqrib tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom], dan l-Istat Membru ma huwiex madankollu prekluż milli jipprevedi li tali piżijiet għandhom jiġu sostnuti miċ-ċessjonarju anki f’każ ta’ insolvenza tat-trasferent;
—
bla ħsara għad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(4)(b) tagħha, l-imsemmija direttiva ma tistabbilixxix obbligi fir-rigward tal-piżijiet tat-trasferent naxxenti minn kuntratti jew minn relazzjonijiet ta’ impjieg li spiċċaw qabel id-data tat-trasferiment, iżda ma tostakolax li leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tippermetti t-trasferiment ta’ tali piżijiet liċ-ċessjonarju.
(1) ĠU C 78, 15.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy