9.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-2 ta’ Jannar 2013 — Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de la direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières vs Humeau Beaupreau SAS
(Kawża C-2/13)
2013/C 71/17
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de la direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières
Konvenuta: Humeau Beaupreau SAS
Domanda preliminari
Fil-proċess tal-immanifatturar ta’ żarbuna, l-operazzjonijiet li permezz tagħhom tingħata forma lill-parti fuq wara ta’ żarbuna li tagħti sapport lill-parti tal-ġenb ta’ żarbuna u ta’ roughing tal-imsemmija parti fuq wara ta’ żarbuna u ta’ pett estern, li jitwettqu qabel l-assemblaġġ tagħhom, għandhom jiġu kklassifikati bħala “operazzjonijiet ta’ assemblaġġ” jew bħala “operazzjonijiet ta’ ħidma ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura tagħhom”, fis-sens tal-punt VII tan-Noti ta’ Spjega relattivi għar-Regola Ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tas-sistema armonizzata?
Full & Egal Universal Law Academy