2.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Ringkonnakohus (l-Estonja) fit-3 ta’ Jannar 2013 — AS Baltic Agro vs Maksu- ja Tolliameti Ida maksu- ja tollikeskus
(Kawża C-3/13)
2013/C 63/23
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tartu Ringkonnakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AS Baltic Agro
Konvenuta: Maksu- ja Tolliameti Ida maksu- ja tollikesku
Domandi preliminari
(a)
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 661/2008 (1) għandu jiġi interpretat li jfisser li l-importatur u l-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità għandhom dejjem ikunu l-istess persuna?
(b)
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 661/2008, moqri flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577 (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni minn dazju antidumping tapplika biss għall-imsemmi l-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità, li ma bigħx mill-ġdid il-merkanzija qabel iddikjaraha?
(ċ)
L-Artikolu 66 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92 (3), moqri flimkien mal-Artikolu 251 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93 (4) u r-regoli proċedurali l-oħra li jikkonċernaw emendi sussegwenti għal dikjarazzjoni doganali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fejn id-destinatac-9rju żbaljat jitniżżel f’dikjarazzjoni doganali għall-importazzjoni ta’ merkanzija, għandu jkun possibbli, permezz ta’ applikazzjoni, li d-dikjarazzjoni tiġi invalidata u d-dettalji tad-destinatarju jiġu korretti anki wara li l-merkanzija tkun ġiet irrilaxxata jekk l-eżenzjoni mid-dazju doganali pprovduta fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 kellha tapplika li kieku tniżżlu d-dettalji tad-destinatarju korrett, jew l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92 għandu jiġi interpretat, f’ċirkustanzi bħal dawn, fis-sens li l-awtoritajiet doganali ma għandhomx permess idaħħlu entrata fil-kotba a posteriori?
(d)
Jekk ir-risposta għaż-żewġ alternattivi fid-domanda (ċ) tkun fin-negattiv, l-Artikolu 66 huwa kompatibbli mal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jekk l-istess Artikolu 66 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, moqri flimkien mal-Artikolu 251 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2454/93 u ma’ regoli proċedurali oħra relatati ma’ emendi sussegwenti għal dikjarazzjoni doganali, ma jippermettix li dikjarazzjoni tiġi invalidata u d-dettalji tad-destinatarju jiġu korretti, permezz ta’ applikazzjoni, wara li l-merkanzija tkun ġiet irrilaxxata jekk l-eżenzjoni mid-dazju doganali pprovduta fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 kellha tapplika li kieku tniżżlu d-dettalji tad-destinatarju korrett?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008, tat-8 ta’ Lulju 2008, li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 185, p. 1)
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE, tal-4 ta’ Lulju 2008, li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment tal-anti-dumping fir-rigward tal-importazzjoni tal-ammonium nitrate li joriġina fir-Russja u fl-Ukraina (ĠU L 185, p. 43)
(3) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307)
(4) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti,Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3)
Full & Egal Universal Law Academy