6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Jannar 2013 — Agentur für Arbeit Krefeld — Familienkasse vs Susanne Fassbender-Firman
(Kawża C-4/13)
2013/C 101/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Konvenut u appellant fuq punt ta’ liġi: Agentur für Arbeit Krefeld — Familienkasse
Rikorrenti u appellata fuq punt ta’ liġi: Susanne Fassbender-Firman
Domandi preliminari
(1)
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg hija libera li tapplika jew le l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 ta’ dan ir-regolament meta ebda applikazzjoni għal benefiċċji ma tkun ġiet ippreżentata fl-Istat Membru ta’ residenza tal-membri tal-familja?
(2)
Fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għall-ewwel domanda, liema huma l-elementi ta’ evalwazzjoni li fuq il-bażi tagħhom l-istituzzjoni tal-Istati Membru tal-impjieg kompetenti fil-qasam tal-benefiċċji tal-familja tista’ tapplika l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 1408/71 bħallikieku benefiċċji kienu ngħataw fl-Istat Membru tar-residenza tal-membri tal-familja?
(3)
Fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għall-ewwel domanda, sa fejn id-deċiżjoni diskrezzjonali tal-istituzzjoni kompetenti hija suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-pesruni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-2 ta’ Diċembru 1996 (ĠU L 28, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy