20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Törvényszék (l-Ungerija) fit-3 ta’ Jannar 2013 — Kovács vs Vas Megyei Rendőr-főkapitányság
(Kawża C-5/13)
2013/C 114/35
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szombathelyi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ferenc Tibor Kovács
Konvenut: Vas Megyei Rendőr-főkapitányság
Domanda preliminari
Ir-regola tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet u dik tal-moviment liberu tal-persuni, kif ukoll id-dritt għal smigħ xieraq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ dritt nazzjonali li, bħall-Artikolu 25/B tal-Liġi Nru I tal-1988, dwar iċ-ċirkolazzjoni fit-toroq, tipprovdi li fit-toroq fl-Ungerija jistgħu jiċċirkolaw il-vetturi li għandhom awtorizzazzjoni u pjanċi amministrattivi Ungeriżi, u li l-preżenza tal-kundizzjonijiet li jippermettu deroga minn din ir-regola tista’ tiġi stabbilita biss fl-okkażjoni ta’ kontroll?
Full & Egal Universal Law Academy