23.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Stockholm (l-Isvezja) fis-7 ta’ Jannar 2013 — Skandia America Corporation USA, filial Sverige vs Skatteverket
(Kawża C-7/13)
2013/C 55/12
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Förvaltningsrätten i Stockholm
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skandia America Corporation USA, filial Sverige
Konvenut: Skatteverket
Domandi preliminari
(1)
Provvista ta’ servizzi mixtrija esternament mill-istabbiliment prinċipali ta’ kumpannija f’pajjiż terz lejn il-fergħa tagħha fi Stat Membru, flimkien ma’ allokazzjoni tal-ispejjeż għax-xiri lill-fergħa, jikkostitwixxu tranżazzjonijiet taxxabbli jekk il-fergħa tagħmel parti minn grupp ta’ VAT fl-Istat Membru?
(2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, l-istabbiliment prinċipali fil-pajjiż terz għandu jitqies bħala persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru skont it-tifsira tal-Artikolu 196 tad-Direttiva (1) bil-konsegwenza li x-xerrej għandu jiġi ntaxxat għat-tranżazzjonijiet?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006 L 347, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy