2.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/14
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-8/13)
2013/C 63/24
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappresentanti: D. Kukovec, P. Hetsch u O. Beynet)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (2), jew f’kull każ billi ma informatx lill-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49(1) tal-imsemmija direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja skont l-Artikolu 206(3) TFUE għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 10 287,36 b’effett mid-data tas-sentenza f’din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-3 ta’ Marzu 2011.
(1) ĠU L 221, p. 94
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211
Full & Egal Universal Law Academy