25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Jannar 2013 — Csilla Sajtos vs Budapest Főváros VI. Kerület Önkormányzata
(Kawża C-10/13)
2013/C 147/02
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Csilla Sajtos
Konvenuta: Budapest Főváros VI. Kerület Önkormányzata
Domandi preliminari
(1)
Fid-dawl tal-Artikolu 6(3) tat-[Trattat tal-Unjoni Ewropea], id-dritt għall-protezzjoni kontra kull tkeċċija mhux iġġustifikata għandu jitqies bħala dritt fundamentali li, inkwantu prinċipju ġenerali, huwa parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea u għandu jiġi applikat bħala regola tad-dritt primarju tal-Unjoni?
(2)
Jekk tingħata risposta fl-affermattiv, tali dritt għandu jingħata wkoll lill-uffiċjali?
Full & Egal Universal Law Academy