9.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/12
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2013 minn Gérard Buono, Jean-Luc Buono, Roger Del Ponte, Serge Antoine Di Rocco, Jean Gérald Lubrano, Jean Lubrano, Jean Lucien Lubrano, Fabrice Marin, Robert Marin mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-7 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-574/08, Syndicat des thoniers méditerranéens et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-12/13 P)
2013/C 71/18
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Gérard Buono, Jean-Luc Buono, Roger Del Ponte, Serge Antoine Di Rocco, Jean Gérald Lubrano, Jean Lubrano, Jean Lucien Lubrano, Fabrice Marin, Robert Marin (rappreżentanti: A. Arnaud u P.-O. Koubi-Flotte, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Syndicat des thoniers méditerranéens, Marc Carreno, Jean Louis Donnarel, Jean-François Flores, Gérald Jean Lubrano, Hervé Marin, Nicolas Marin, Sébastien Marin, Serge Antoine José Perez
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tas-7 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-574/08.
—
tikkundanna lill-Unjoni sabiex tħallashom is-somom li ġejjin:
—
għal Gérard Buono (appellant Nru 1) u Jean Luc Buono (appellant Nru 2) li qed jaġixxu flimkien għall-bastimenti tagħhom GERARD LUC III u IV, qed tintalab is-somma ta’ EUR 1 523 588,94
—
għal Roger Del Ponte (appellant Nru 3) li qed jaġixxi għall-bastiment ROGER CHRISTIAN IV, qed tintalab is-somma ta’ EUR 1 068 600
—
għal Serge Antoine Di Rocco (appellant Nru 4) li qed jaġixxi għall-bastiment ANNE ANTOINE II, qed tintalab is-somma ta’ EUR 1 094 800
—
għal Jean Gérard Lubrano (appellant Nru 5) li qed jaġixxi għall-bastiment VILLE D’ARZEW II, qed tintalab is-somma ta’ EUR 855 628,20
—
għal Jean Lubrano (appellant Nru 6) u Jean Lucien Lubrano (appellant Nru 7) li qed jaġixxu flimkien għall-bastimenti tagħhom GERALD JEAN III u IV, qed tintalab is-somma ta’ EUR 1 523 588,94
—
għal Fabrice Marin (appellant Nru 8) u Robert Marin (appellant Nru 9) li qed jaġixxu flimkien għall-bastiment tagħhom ERIC MARIN, qed tintalab is-somma ta’ EUR 865 784,59
—
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiġi deċiża mill-ġdid abbażi tas-soluzzjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jressqu tliet aggravji:
Fl-ewwel lok, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li għamlet klassifikazzjoni żbaljata tad-dannu sostnut minnhom, fil-kuntest tal-motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali għal att illegali.
Fit-tieni lok, l-appellanti jsostnu li, billi ma wettqitx evalwazzjoni korretta tad-dannu individwalment sostnut minn kull wieħed mir-rikorrenti, il-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet fundamentali ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni.
Fit-tielet lok, u sussidjarjament, l-appellanti jallegaw li l-Qorti Ġenerali ma rrikonoxxietx, skont il-prinċipji ġenerali komuni għall-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri, responsabbiltà mhux kuntrattwali legali.
Full & Egal Universal Law Academy