20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatische Oberlandesgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Jannar 2013 — Datenlotsen Informationssysteme GmbH vs Technische Universität Hamburg-Harburg
(Kawża C-15/13)
2013/C 114/36
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Datenlotsen Informationssysteme GmbH.
Konvenuta: Technische Universität Hamburg-Harburg.
Intervenjenti: Hochschul-Informations-System GmbH
Domandi preliminari
(1)
Għandu jiġi kkunsidrat bħala “kuntratt pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1), kuntratt fejn, għalkemm l-entità kontraenti ma twettaqx fuq il-kuntrattur kontroll simili għal dak eżerċitat fuq id-dipartimenti tagħha stess, kemm l-entità kontraenti kif ukoll il-kuntrattur huma kkontrollati mill-istess organu, li jikkostitwtixxi awtorità kontraenti pubblika fis-sens tad-Direttiva 2004/18 u l-entità kontraenti u l-kuntrattur essenzjalment jeżerċitaw l-attività tagħhom għall-organu komuni tagħhom (tranżazzjoni interna orizzontali)?
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
(2)
Il-kontroll simili għal dak li l-entità kontraenti teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess għandu jiġi estiż għall-attività kollha tal-kuntrattur jew huwa biżżejjed jekk dan ikun limitat għall-qasam tal-provvista?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
Full & Egal Universal Law Academy