23.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-14 ta’ Jannar 2013 — Alpina River Cruises GmbH u Nicko Tours GmbH vs Ministero delle infrastrutture e dei trasporti — Capitaneria di Porto di Chioggia
(Kawża C-17/13)
2013/C 86/17
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alpina River Cruises GmbH, Nicko Tours GmbH
Konvenut: Ministero delle infrastrutture e dei trasporti — Capitaneria di Porto di Chioggia
Domanda preliminari
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992 (1), għandu jiġi interpretat bħala li japplika għall-kruċieri mwettqa bejn portijiet ta’ Stat Membru mingħajr imbark u żbark ta’ diversi passiġġieri f’dawn il-portijiet, inkwantu dawn il-kruċieri jibdew u jispiċċaw bl-imbark u l-iżbark tal-istess passiġġieri fl-istess port tal-Istat Membru?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 10)
Full & Egal Universal Law Academy