16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/11
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-23/13)
2013/C 79/18
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma żguratx il-ġbir u t-trattament tal-ilma urban mormi minn tmien agglomerazzjonijiet ta’ popolazzjoni ekwivalenti (e.p.) ta’ iktar minn 15 000 ruħ mqiegħda f’żoni imsejħa normali, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (1);
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tallega li Franza ma kinitx wettqet korrettament, fi tmien agglomerazzjonijiet, id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.
Skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/271/KEE, f’agglomerazzjonijiet b’popolazzjoni ekwivalenti (e.p.) ta’ iktar minn 15 000 kellhom jiġu mgħammra b’sistemi ta’ ġbir u jissottomettu għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti tal-ilma mormi, mhux iktar tard mill-31 Diċembru 2000.
F’dak li jirrigwarda l-obbligi ta’ trattament tal-ilma urban mormi, l-Artikolu 4(1) tad-direttiva timponi fuq l-Istati Membri l-obbligu tiżgura li l-ilma mormi li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir isirlu trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti qabel ma jiġi skarikat.
Fl-aħħar nett, il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti fil-punt D tal-Anness I tad-direttiva jippermettu li jiġi vverifikat jekk l-iskariki tal-impjanti ta’ trattament tal-ilma urban mormi huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-direttiva fil-qasam tal-iskarikament ta’ ilma użat.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy