15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schleswig-Holsteinisches Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Jannar 2013 — Flughafen Lübeck GmbH vs Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs-KG
(Kawża C-27/13)
2013/C 171/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Schleswig-Holsteinisches Oberlandesgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs-KG.
Konvenuta: Flughafen Lübeck GmbH
Domandi preliminari
(1)
Qorti nazzjonali li jkollha quddiemha rikors intiż għall-irkupru ta’ benefiċċji u għall-waqfien tal-provvista futura ta’ benefiċċji għandha tippreżumi li dawn il-benefiċċji jikkostitwixxu miżuri li, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, ma jistgħux jiġu implementati qabel ma tkun ġiet adottata deċiżjoni finali min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Kummissjoni”) meta l-Kummissjoni tkun fetħet, permezz ta’ deċiżjoni li ma tkunx ġiet ikkontestata, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward ta’ dawn il-benefiċċji u meta fir-raġunijiet ta’ din id-deċiżjoni ikun essenzjalment indikat, b’mod partikolari, li dawn il-benefiċċji probabbilment jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat?
(2)
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:
Jista’ jingħad l-istess fil-każ li fir-raġunijiet tad-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni tkun indikat ukoll, essenzjalment, li hija ma kinitx f’pożizzjoni li tiddetermina jekk il-prestatarju kienx aġixxa bħala investitur privat li jopera f’ekonomija tas-suq meta impenja ruħu li jipprovdi dawn il-benefiċċji?
(3)
Fil-każ li l-ewwel jew it-tieni domanda jingħataw risposta fin-negattiv:
F’din is-sitwazzjoni, il-qorti nazzjonali tista’ tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm tiġi konkluża l-proċedura ta’ investigazzjoni formali?
(4)
Fil-każ li t-tielet domanda tingħata risposta fl-affermattiv:
F’din is-sitwazzjoni, il-qorti nazzjonali għandha tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm tiġi konkluża l-proċedura ta’ investigazzjoni formali?
Full & Egal Universal Law Academy