13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Jannar 2013 — Global Trans Lodzhistik OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna
(Kawża C-29/13)
2013/C 108/32
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Global Trans Lodzhistik OOD
Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Stolichna (Direttur tad-Dwana tal-kapitali)
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 243(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1), tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, flimkien mal-Artikolu 245 tal-imsemmi kodiċi u l-prinċipji tad-drittijiet tad-difiża u tar-res judicata, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma huma l-Artikoli 220 u 211(a) tal-Liġi Bulgara tad-Dwana (Zakon za mitnitsite), skont liema diversi deċiżjonijiet ta’ awtorità doganali, li jinnotifikaw stima mill-ġdid tal-imsemmija dwana, fid-dawl tal-irkupru sussegwenti tagħha, jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors, inkluż meta l-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva fis-sens tal-Artikolu 181a(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2), tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, huwa possibbli fil-kawża prinċipali, għall-finijiet tan-notifika tal-imsemmija stima mill-ġdid?
(2)
L-Artikolu 243(2) tar-Regolament Nru 2913/92, dwar id-dritt ta’ appell, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jissuġġettax l-ammissibiltà ta’ appell ġudizzjarju kontra deċiżjoni definittiva, fis-sens tal-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, għall-eżerċizzju ta’ appell amministrattiv, bħala prerekwiżit?
(3)
L-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fis-sens li meta l-proċedura prevista f’din id-dispożizzjoni ma tkunx ġiet osservata f’dak li jirrigwarda id-dritt ta’ smigħ u dak li jitqajmu oġġezzjonijiet, id-deċiżjoni meħuda minn awtorità doganali bi ksur ta’ dawn ir-regoli ma tikkostitwixxix deċiżjoni definittiva fis-sens tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, iżda biss stadju fil-proċedura tal-adozzjoni tagħha? Sussidjarjament, l-istess dispożizzjoni tista’ tiġi interpretata, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, fis-sens li d-deċiżjoni meħuda fid-dawl tal-imsemmi ksur proċedurali jista’ jkun direttament is-suġġett ta’ appell quddiem qorti li jkollha l-obbligu li tiddeċiedi fuq il-mertu?
(4)
L-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-fatti fil-kawża prinċipali u tal-prinċipju ta’ legalità, fis-sens li meta l-proċedura prevista fid-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq ma tiġix osservata f’dak li jirrigwarda id-dritt ta’ smigħ u f’dak li jitqajmu oġġezzjonijiet, id-deċiżjoni meħuda minn awtorità doganali bi ksur ta’ dawn id-drittijiet hija nulla minħabba difett proċedurali sostanzjali, ekwiparabbli għal ksur proċedurali sostanzjali, liema ksur jimplika n-nullità tal-att indipendentement mill-konsegwenzi konkreti tal-ksur, il-qorti li quddiemha tinstema’ l-kawża għandha tiddeċiedi fuq l-appell ippreżentat minn dan l-att, mingħajr ma tkun tista’ tirrinvija l-kawża quddiem l-awtorità amministrattiva sabiex il-kawża tingħalaq skont ir-regoli?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6 p. 3.
Full & Egal Universal Law Academy