27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Jannar 2013 — Inspecteur van de Belastingdienst Holland-Noord/kantoor Zaandam vs MSA International Holdings BV, MSA Nederland BV
(Kawża C-41/13)
2013/C 123/13
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Inspecteur van de Belastingdienst Holland-Noord/kantoor Zaandam.
Konvenuti: MSA International Holdings BV, MSA Nederland BV
Domandi preliminari
(1)
Il-fatt li l-persuni kkonċernati jiġu rrifjutati milli jibbenefikaw mis-sistema Olandiża tal-entità fiskali għall-attivitajiet u għall-assi tas-sottosussidjarja (MSA Nederland) stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, huwa ta’ restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment fis-sens tal-Artikolu 43 KE moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE?
Fid-dawl tal-l-għanijiet imfittxa mis-sistema Olandiża tal-entità fiskali Olandiża (…), is-sitwazzjoni tas-sottosussidjarja (MSA Nederland) hija oġġettivament komparabbli (…) (i) għas-sitwazzjoni ta’ kumpannija stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li hija s-sussidjarja ta’ kumpannija intermedjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li għażlet li tkunx integrata f’entità fiskali mal-kumpannija parent tagħha stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi u li, bħala sottosussidjarja, bħal (MSA Nederland) ma għandhiex għaldaqstant aċċess għas-sistema ta’ entità fiskali fejn hija tkun integrata mal-kumpannija grandparent (biss) jew hija oġġettivament komparabbli (ii) għas-sitwazzjoni ta’ sottosussidjarja fil-Pajjiżi l-Baxxi li għażlet mal-kumpannija parent tagħha fil-Pajjiżi l-Baxxi u mal-kumpannija intermedjarja tagħha li tikkostitwixxi entità fiskali mal-kumpannija grandparent tagħha u għalhekk l-attivitajiet u l-assi huma kkonsolidati filwaqt li dawk ta’ (MSA Nederland) ma humiex?
(2)
Il-kwistjoni jekk, fil-każ li hija ma toperax fil-Pajjiżi l-Baxxi permezz ta’ sussidjarja, iżda permezz ta’ stabbiliment permanenti, il-kumpannija intermedjarja barranija setgħat, f’dak li jirrigwarda l-assi u l-attivitajiet tal-istabbiliment permanenti Olandiż, tagħżel li tikkostitwixxi entità fiskali mal-kumpannija parent tagħha stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi jista’ jkollha rilevanza fir-rigward tar-risposta għall-ewwel sentenza tal-ewwel domanda?
(3)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel sentenza tal-ewwel domanda, ir-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment tista’ tiġi ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, u b’mod partikolari n-neċessità li tinżamm il-koerenza fiskali, inkluża n-neċessità li jiġi evitat li t-telf, unilaterali u bilaterali, jittieħed inkunsiderazzjoni darbtejn (…)?
(4)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, ir-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment għandha tiġi kkunsidrata bħala proporzjonata (…)?
Full & Egal Universal Law Academy