6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit-28 ta’ Jannar 2013 — Cartiera dell’Adda SpA vs CEM Ambiente SpA
(Kawża C-42/13)
2013/C 101/23
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cartiera dell’Adda SpA, Cartiera di Cologno SpA
Konvenut: CEM Ambiente SpA
Domandi preliminari
(1)
Id-dritt Komunitarju jipprekludi l-interpretazzjoni li permezz tagħha, fil-każ li impriża li tipparteċipa f’sejħa għal offerti ma tkunx iddikjarat, fl-offerta tagħha, li d-direttur tekniku tagħha ma jkunx suġġett għal proċedura jew għal kundanna bħal dawk previsti fl-Artikolu 38(1)(b) u (c) tad-Digriet Leġiżlattiv 163/2006, l-awtorità kontraenti għandha tiddeċiedi li teskludi lil din l-impriża anki meta din tal-aħħar tkun ipproduċiet prova suffiċjenti li l-kwalifika ta’ direttur tekniku tkun ġiet indikata bi żball purament materjali?
(2)
Id-dritt Komunitarju jipprekludi l-interpretazzjoni li permezz tagħha, fil-każ li impriża li tipparteċipa f’sejħa għal offerti tkun ressqet prova rilevanti u suffiċjenti li l-persuni marbuta li jippreżentaw dikjarazzjoni skont l-Artikolu 38(1)(b) u (c) ma jkunux suġġetti għal proċedura jew għal kundanna bħal dawk previsti f’din id-dispożizzjoni, l-awtorità kontraenti għandha tiddeċiedi li teskludi lil din l-impriża bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ dispożizzjoni tal-lex specialis li permezz tagħha ġiet imnedija s-sejħa għal offerti?
Full & Egal Universal Law Academy