27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Jannar 2013 — Hauptzollamt Krefeld vs Rhein-Ruhr Beschichtungs-Service GmbH
(Kawża C-44/13)
2013/C 123/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Konvenut u appellant: Hauptzollamt Krefeld
Rikorrenti u appellata: Rhein-Ruhr Beschichtungs-Service GmbH
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1) jirrikjedi, fit-tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija li ma jinkludux dawk li l-livell ta’ tassazzjoni tagħhom huwa speċifikat fid-Direttiva, li tiġi applikata rata ta’ tassazzjoni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali speċifikat għall-użu ta’ prodott tal-enerġija bħala karburant li jsaħħan sakemm dan il-prodott tal-enerġija l-ieħor ikun użat ukoll bħala karburant li jsaħħan? Jew, jekk il-prodott tal-enerġija l-ieħor huwa ekwivalenti għal prodott tal-enerġija li jintuża speċifikament bħala karburant li jsaħħan, jista’ wieħed japplika r-rata ta’ tassazzjoni stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal dan il-prodott tal-enerġija anki jekk din tkun rata uniformi li ma tiħux inkunsiderazzjoni jekk dan il-prodott jintużax bħala karburant tal-karozzi jew bħala karburant li jsaħħan?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.
Full & Egal Universal Law Academy