25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-28 ta’ Jannar 2013 — Andreas Kainz vs Pantherwerke AG
(Kawża C-45/13)
2013/C 147/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Andreas Kainz
Konvenuta: Pantherwerke AG
Domandi preliminari
(1)
F’każ ta’ responsabbiltà minħabba prodott difettuż, l-espressjoni “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq” li tinsab fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens:
1.1.
li l-post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu (“Handlungsort”) huwa s-sede tal-manifattur;
1.2.
li l-post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu (“Handlungsort”) huwa l-post fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq;
1.3.
li l-post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu (“Handlungsort”) huwa l-post fejn il-prodott ikun akkwistat mill-utent?
(2)
Fl-eventwalità li d-domanda 1.2 tingħata risposta fl-affermattiv:
2.1.
Il-prodott jitqiegħed fis-suq meta joħroġ mill-proċess ta’ produzzjoni applikat mill-manifattur u jidħol fil-proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni fejn jiġi offert lill-pubbliku lest għall-użu jew għall-konsum;
2.2.
Il-prodott jitqiegħed fis-suq meta jiġi ddistribwit b’mod strutturat lill-utent finali?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)
Full & Egal Universal Law Academy