25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Datenschutzkommission (l-Awstrija) fit-28 ta’ Jannar 2013 — H vs E
(Kawża C-46/13)
2013/C 147/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Datenschutzkommission
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: H
Konvenut: E
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 7(ċ) tad-Direttiva 2006/24/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika kkonċernata miż-żamma msemmija mid-direttiva ma tagħmilx parti mill-kategorija tal-“persunal b’awtorizzazzjoni speċjali” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u li ebda dritt ta’ aċċess għad-data tagħha stess ma jista’ jingħatalha fil-konfront tal-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika aċċessibbli għall-pubbliku jew fil-konfront tal-amministratur ta’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni?
(2)
L-Artikolu 13(1)(ċ) u (d) tad-Direttiva 95/46/KE (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ aċċess ta’ persuna fiżika, ikkonċernata miż-żamma ta’ data msemmija mid-Direttiva 2006/24/KE, għad-data tagħha stess skont l-Artikolu 12(a) ta’ din id-direttiva, fil-konfront tal-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika aċċessibbli lill-pubbliku jew fil-konfront tal-amministratur ta’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni, jista’ jiġi eskluż jew limitat?
(3)
Fil-każ fejn l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva, tal-inqas parzjalment: l-Artikolu 7(ċ) tad-Direttiva 2006/24/KE huwa kompatibbli mad-dritt fundamentali stabbilit fit-tieni sentenza tal-Artikolu 8(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u, minħabba dan il-fatt, validu?
(1) Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temend[a] d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54).
(2) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).
Full & Egal Universal Law Academy