13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Germanja) fid-29 ta’ Jannar 2013 — Martin Grund vs Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein
(Kawża C-47/13)
2013/C 108/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Martin Grund
Konvenut: Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein
Intervenjent: Der Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Domanda preliminari
Art agrikola hija mergħa permanenti fis-sens tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (1), jekk bħalissa u għal mill-inqas ħames snin ilha tintuża’ sabiex jitkabbru ħxejjex jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix, iżda matul dan il-perijodu, l-art f’din iż-żona inħartet u minflok l-għalf fil-forma ta’ ħaxix preżenti (f’dan il-każ silla) ġie miżrugħ għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix (f’dan il-każ ħaxix li jinħarat), jew dan huwa każ ta’ rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba li tipprekludi l-klassifikazzjoni bħala mergħat permanenti?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243).
Full & Egal Universal Law Academy