25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Aosta (l-Italja) fit-30 ta’ Jannar 2013 — Rocco Papalia vs Comune di Aosta
(Kawża C-50/13)
2013/C 147/06
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Aosta
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Rocco Papalia
Konvenut: Comune di Aosta.
Domanda preliminari
Id-Direttiva 1999/70/KE (1) (Artikolu 1 u klawżola 5 tal-ftehim qafas li huwa annesss magħha, kif ukoll kull dispożizzjoni oħra konnessa jew marbuta) għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tippermetti li ħaddiem reklutat minn kollettività pubblika permezz ta’ kuntratt għal żmien determinat fl-assenza tal-kundizzjonijiet meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Komuntarja msemmija iktar ’il fuq ikollu dritt għall-kumpens tad-dannu biss jekk huwa jipproduċi prova tan-natura effettiva fil-prattika tiegħu, jiġifieri sa fejn huwa jipproduċi l-prova pożittiva — din tista’ tkun prova permezz ta’ indizji, iżda hija għandha f’kull każ tkun preċiża — li huwa kellu jirrinunzja għal opportunitajiet aħjar ta’ impjieg?
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).
Full & Egal Universal Law Academy