18.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Jannar 2013 — Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV vs Hubertus Wilhelmus van Leeuwen
(Kawża C-51/13)
2013/C 141/17
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Rotterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV
Konvenut: Hubertus Wilhelmus van Leeuwen
Domandi preliminari
(1)
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja (1), jipprekludi li, abbażi ta’ regoli miftuħa u/jew mhux miktuba tad-dritt Olandiż, bħar-raġonevolezza u l-ekwità li jirregolaw ir-relazzjoni (pre)kuntrattwali bejn persuna li tipprovdi assigurazzjoni għall-ħajja u persuna assigurata potenzjali, u/jew l-obbligu ġenerali u/jew partikolari ta’ diliġenza, il-persuni li jipprovdu assigurazzjoni għall-ħajja jkunu obbligati jikkomunikaw lill-persuni assigurati iktar informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-premiums ta’ riskju tal-assigurazzjoni minn dak li ġie preskritt fl-1999 permezz tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Olandiż li jimplementaw it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja (b’mod partikolari l-Artikolu 2(2)(q)u (r) tar-RIAV (Regeling Informatieverstrekking aan verzekeringnemers) 1998)?
(2)
L-effetti, jew l-effetti possibbli, li d-dritt Olandiż jirrelata man-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni, huma rilevanti sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda?
(1) Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja) (ĠU L 360, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy