27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-31 ta’ Jannar 2013 — Posteshop SpA — Divisione Franchising Kipoint vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Presidenza del Consiglio dei Ministri
(Kawża C-52/13)
2013/C 123/16
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Posteshop SpA — Divisione Franchising Kipoint
Konvenuti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Presidenza del Consiglio dei Ministri
Domandi preliminari
Fir-rigward tal-protezzjoni tal-professjonisti, id-Direttiva 2006/114/KE (1) għandha tiġi interpretata li tirreferi għal reklamar li jkun fl-istess ħin qarrieqi u bbażat fuq paragun illegali, jiġifieri għal żewġ fatti illegali separati, li jkunu rilevanti b’mod awtonomu, li jikkostitwixxu, rispettivament, reklamar qarrieqi u reklamar bbażat fuq paragun illegali?
(1) Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv; (ĠU L 376, p. 21).
Full & Egal Universal Law Academy