6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/11
Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-55/13)
2013/C 101/25
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, O. Beynet, u K. Herrmann, aġenti)
Konvenuta: ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tiddikjara li billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 2(15), (16), (22), (34) u (35), l-Artikolu 3(4) u (9), l-Artikolu 6(1) sa (3), l-Artikolu 7(1) u (3), l-Artikolu 9 kif ukoll l-Artikolu 14 u l-Artikoli 17 sa 23, l-Artikoli 10 u 11, l-Artikolu 16, l-Artikolu 26(2)(c), it-tieni sentenza et seq kif ukoll l-Artikolu 26(2)(d), it-tielet u r-raba’ sentenza, l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 27(2), l-Artikolu 29, l-Artikolu 31, l-Artikolu 36, l-Artikolu 42(1) sa (4), l-Artikolu 43(1), (4) u (8), l-Artikolu 44 kif ukoll il-punti 1 u 2 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (1) u billi, fi kwalunkwe każ, naqset milli tinnotifika lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 54(1) ta’ din id-direttiva;
—
timponi fuq ir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, pagamenti ta’ penalità għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2009/73/KE bir-rata ta’ EUR 88 819,20 għal kull jum dekorribbli mill-jum li fih tingħata s-sentenza f’din il-kawża;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/73/KE skada fit-3 ta’ Marzu 2011.
(1) ĠU 2009 L 211, p. 94.
Full & Egal Universal Law Academy