13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Portugall) fl-4 ta’ Frar 2013 — Marina da Conceição Pacheco Almeida vs Fundo de Garantia Salarial, IP, Instituto da Segurança Social, IP
(Kawża C-57/13)
2013/C 108/35
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Central Administrativo Norte
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marina da Conceição Pacheco Almeida
Konvenut: Fundo de Garantia Salarial, IP, Instituto da Segurança Social, IP
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni, fil-kuntest konkret tal-garanzija tal-krediti salarjali fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega, b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 10 tad-Direttiva 80/987/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tiggarantixxi biss il-krediti li saru eżiġibbli fis-sitt xhur ta’ qabel il-preżentata ta’ rikors sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega anki meta l-ħaddiema jkunu ressqu kawża quddiem it-tribunal industrijali kontra min jimpjeghom sabiex jiksbu l-iffissar ġudizzjarju tal-ammont mhux imħallas u l-irkupru forzat ta’ dan l-ammont?
(1) Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 217).
Full & Egal Universal Law Academy