20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-8 ta Frar 2013 — Markus Weiss vs Condor Flugdienst GmbH
(Kawża C-68/13)
2013/C 114/39
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Rüsselsheim
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Markus Weiss
Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH
Domandi preliminari
(1)
Iċ-ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) għandhom jikkonċernaw direttament it-titjira rriżervata?
(2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: kemm għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni bħala rilevanti titjiriet preċedenti mwettqa mill-ajruplan użat għat-titjira prevista inizjalment għall-finijiet taċ-ċirkustanzi straordinarji? Teżisti limitazzjoni ratione temporis għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi straordinarji fir-rigward tat-titjiriet preċedenti? Jekk dan ikun il-każ, kif għandha tiġi kkalkolata?
(3)
Fil-każ li ċirkustanzi straordinarji li jseħħu fil-każ ta’ titjiriet preċedenti jkunu rilevanti wkoll għal titjira ulterjuri: il-miżuri raġonevoli li għandu jieħu t-trasportatur tal-ajru effettiv skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament għandhom ikunu jikkonċernaw biss il-prevenzjoni ta’ ċirkustanzi straordinarji jew għandhom jikkonċernaw ukoll il-prevenzjoni ta’ dewmien twil?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy