25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Tivoli (l-Italja) fil-11 ta’ Frar 2013 — T
(Kawża C-73/13)
2013/C 147/12
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Tivoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: T
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 82 tad-DPR, tat-30 ta’ Mejju 2002, Nru 115 dwar il-ħlas tal-għajnuna legali mill-Istat fid-dritt Taljan, sa fejn jimponi li l-onorarji u l-ispejjeż dovuti lill-avukat huma llikwidati mill-awtorità ġudizzjarja li tiddeċiedi permezz ta’ digriet li jistabbilixxi l-ispejjeż filwaqt li tiġi osservata l-iskala applikabbli għall-avukati b’mod li, fi kwalunkwe każ, dawn ma jaqbżux l-ammonti medji previsti mill-iskali applikabbli relatati mal-onorarji, mad-drittijiet u mal-benefiċċji u filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni n-natura tas-servizzi pprovduti u l-effett tal-atti mwettqa fuq is-sitwazzjoni proċedurali tal-parti fil-kawża, huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi li għandha tingħata għajnuna legali lil dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed sa fejn din l-għajnuna tkun meħtieġa sabiex ikun żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja?
(2)
L-Artikolu 82 tad-DPR, tat-30 ta’ Mejju 2002, Nru 115 dwar il-ħlas tal- għajnuna legali mill-Istat fid-dritt Taljan, sa fejn jimponi li l-onorarji u l-ispejjeż dovuti lill-avukat huma llikwidati mill-awtorità ġudizzjarja li tiddeċiedi permezz ta’ digriet li jistabbilixxi l-ispejjeż filwaqt li tiġi osservata l-iskala applikabbli għall-avukati b’mod li, fi kwalunkwe każ, dawn ma jaqbżux l-ammonti medji previsti mill-iskali applikabbli relatati mal-onorarji, mad-drittijiet u mal-benefiċċji u filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni n-natura tas-servizzi pprovduti u l-effett tal-atti mwettqa fuq is-sitwazzjoni proċedurali tal-parti fil-kawża, huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ġew integrati fid-dritt Komunitarju b’applikazzjoni tal-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6 TUE, kif emendat bit-Trattat ta’ Lisbona?
Full & Egal Universal Law Academy