8.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-12 ta’ Frar 2013 — GSV vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-Alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
(Kawża C-74/13)
2013/C 164/12
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: GSV Kft.
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-Alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
Domandi preliminari
(1)
Jista’ jitqies li prodott:
—
ta’ kulur abjad,
—
f’forma rettangolari,
—
magħmul mid-drapp,
—
li n-nisġa tiegħu tiegħu hija magħmula minn ħajt imdawwar,
—
u li n-nisġa tiegħu hija magħmula minn żewġ ħajtiet,
—
liema, filwaqt li jikkoinċidu ma xulxin, idawwru l-medd,
—
id-drapp għandu toqob ta’ daqs ta’ 4 × 4 mm,
—
u għandu superfiċje ta’ 100 × 201 cm,
—
u li huwa magħmul minn fibri tal-ħġieġ,
—
magħmula minn materjal sintetiku, jiġifieri styrene acrylic copolymer,
—
id-drapp ma huwiex magħmul mill-fettul,
—
jiżen 136 g/m2,
—
b’densità tal-medd ta’ 415 tex fir-rigward tal-medd,
—
b’densità tan-nisġa ta’ 132 tex fir-rigward tal-ħajt tan-nisġa,
jissodisfa l-karatteristiċi ddefiniti fil-premessa 14 u fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 138/2011, tas-16 ta’ Frar 2011, li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1), li jikkonsistu fi
—
drapp tax-xibka
—
f’fibra tal-ħġieġ
—
ta’ daqs ta’ ċellola ta’ tul u ta’ wisa’ ta’ iktar minn 1.8 mm
—
u li l-piż tagħha huwa iktar minn 35 g/m 2,
u, konsegwentement, il-Kodiċi TARIC 7019590010 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodott deskritt iktar ’il fuq huwa inkluż fil-Kodiċi TARIC, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni d-diversi verżjonijiet lingwistiċi tal-klassifikazzjoni tat-tariffi u d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni?
(2)
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, huwa possibbli, abbażi tad-dritt Komunitarju, li persuna fiżika jew ġuridika ma tkunx dovuta tħallas id-dazju antidumping, li tafda fil-kliem tal-leġiżlazzjoni kif ippubblikata fil-lingwa nazzjonali tagħha — mingħajr ma tiżgura li hemm tifsiriet potenzjalment differenti f’verżjonijiet lingwistiċi oħra — abbażi tal-fehim ġenerali u magħruf tal-leġiżlazzjoni fil-lingwa ta’ dik il-persuna, timporta fit-territorju tal-Unjoni Ewropea prodott immanifatturat barra dan it-territorju li, skont il-verżjoni tal-lingwa tal-persuna, ma jaqax fil-kategorija ta’ prodotti suġġetti għad-dazju antidumping, anki fil-każ li, abbażi ta’ paragun tal-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-leġiżlazzjoni tad-dritt Komunitarju, din tal-aħħar tissuġġetta l-imsemmi prodott għal dazju antidumping?
(1) ĠU 2011, L 43, p. 9.
Full & Egal Universal Law Academy