25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fil-15 ta’ Frar 2013 — ACO Industries Tábor, s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství
(Kawża C-80/13)
2013/C 147/14
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ACO Industries Tábor, s.r.o.
Konvenut: Odvolací finanční ředitelství
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 18, 45, 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni li tipprevedi li l-persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru għandha l-obbligu li tagħmel ħlas bil-quddiem ta’ taxxa fuq id-dħul tal-impjegati (ċittadini ta’ Stat Membru ieħor) li huma temporanjament disponibbli għaliha minn aġenzija tax-xogħol temporanju stabbilita fit-tieni Stat Membru permezz ta’ fergħa stabbilita fl-ewwel Stat Membru?
(2)
L-Artikoli 18, 45, 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni li tipprevedi li l-bażi tat-taxxa fuq id-dħul tal-impjegati hija kkalkolata skont rata fissa ta’ mill-inqas 60 % tal-ammont iffatturat mill-aġenzija tax-xogħol temporanju fil-każijiet fejn dan l-ammont jinkludi wkoll ir-remunerazzjoni għas-servizz ta’ intermedjarju?
(3)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda, huwa possibbli, f’sitwazzjoni bħal dik ineżami, li l-libertajiet fundamentali ċċitati iktar ’il fuq jiġu ristretti billi jiġu invokati raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika, jew ukoll, skont il-każ, l-effikaċja tal-kontroll fiskali?
Full & Egal Universal Law Academy