25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-19 ta’ Frar 2013 — Società cooperativa Madonna dei Miracoli vs Regione Abruzzo, Ministero delle Politiche Agricole e Forestali
(Kawża C-82/13)
2013/C 147/15
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Società cooperativa Madonna dei Miracoli
Konvenuti: Regione Abruzzo, Ministero delle Politiche Agricole e Forestali
Domandi preliminari
(1)
Huwa minnu li l-Kummissjoni Ewropea rtirat l-għoti ta’ għajnuna Komunitarja, u liema att ġie għalhekk adottat?
Sussidjarjament:
(2)
X’valur legali għandu jingħata lin-nuqqas ta’ azzjoni mill-Kummissjoni, li minħabba fiha wasslet biex ma ngħatatx l-għajnuna Komunitarja?
(3)
In-nuqqas ta’ azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, li ma pproċedietx bil-likwidazzjoni tal-għajnuna Komunitarja, tipprekludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 42(a) tal-Liġi Reġjonali Nru 31/82 ta’ Abruzzo, li abbażi tagħha r-rikorrenti ngħatat l-għajnuna reġjonali anċillari għall-għajnuna Komunitarja, u, għalhekk, tipprekludi l-għoti tal-għajnuna reġjonali?
Fi kwalunkwe każ:
(4)
Liema huma l-obbligi imposti fuq l-Istat Membru Taljan, fil-każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni persistenti mill-Kummissjoni Ewropea?
Full & Egal Universal Law Academy