20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbetsdomstolen (l-Isvezja) fid-19 ta’ Frar 2013 — Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet vs Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet, Facket för Service och Kommunikation (SEKO)
(Kawża C-83/13)
2013/C 114/42
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Arbetsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet
Konvenuti: Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet, Facket för Service och Kommunikation (SEKO)
Domanda preliminari
Ir-regola prevista fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea dwar il-moviment liberu tas-servizzi, servizzi ta’ trasport bil-baħar — li hemm regola ekwivalenti għaliha fit-Trattat KE — hija applikabbli għal kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat tal-EFTA fir-rigward tal-attivitajiet tagħha fil-forma ta’ servizzi ta’ trasport lejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew lejn Stat tal-EFTA permezz ta’ bastiment li huwa rreġistrat, itajjar il-bandiera, ta’ pajjiż terz barra mill-Unjoni/Żona Ekonomika Ewropea
Full & Egal Universal Law Academy