25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fit-22 ta’ Frar 2013 — Philippe Gruslin vs Citibank Belgium SA
(Kawża C-88/13)
2013/C 147/17
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Philippe Gruslin
Konvenuta: Citibank Belgium SA
Domanda preliminari
L-Artikolu 45 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “pagamenti lil titolari ta’ unitajiet” jirrigwarda wkoll il-kunsinna, lil titolari ta’ unitajiet, ta’ ċertifikati ta’ unitajiet irreġistrati?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 139.
Full & Egal Universal Law Academy