20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/28
Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2013 minn 1. garantovaná a.s. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża T-392/09 — 1. garantovaná a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-90/13 P)
2013/C 114/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: 1. garantovaná a.s. (rappreżentanti: B. Hartnett, barrister, O. Geiss, avukat, P. Lasok QC, J. Holmes, barrister)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża T-392/09 billi tikkonċerna t-tieni motiv tar-rikors tal-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali;
—
tilqa’ dak il-motiv bħala fondat;
—
tnaqqas il-gravità tal-multa għal EUR 2.1 miljun, li tirrappreżenta 10 % tat-total ta’ dħul mill-bejgħ tal-appellanti fl-2008 kif ikkonstatat fil-punt 84 tas-sentenza appellata; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta ċaħdet it-tieni motiv tal-appellanti.
L-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) jipprovdi: “[…] il-multi mhux ser jaqbżu l-10 % tat-total ta’ valur tal-bejgħ [dħul mill-bejgħ] fis-sena kummerċjali preċedenti” tal-impriża inkwistjoni. Is-“sena kummerċjali preċedenti” hija l-aħħar sena sħiħa ta’ kummerċ eżatt qabel id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ssib li kien hemm ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u li timponi multa.
F’dan il-każ, it-“total ta’ valur tal-bejgħ [dħul mill-bejgħ] fis-sena kummerċjali preċedenti” kien dak għall-2008, u mhux id-dħul mill-bejgħ fis-sena kkunsidrat mill-Kummissjoni. L-użu tad-dħul mill-bejgħ tas-sena 2007 kellu l-effett li jgħolli l-multa imposta fuq Garantovaná għal ftit inqas minn 100 % tad-dħul mill-bejgħ tagħha għas-sena kummerċjali li tippreċedi d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (22 ta’ Lulju 2009).
L-appellanti tissottometti li l-użu, min-naħa tal-Kummissjoni, tad-dħul mill-bejgħ tal-2007 kien kontra l-formulazzjoni ċara u l-iskop tal-Artikolu 23(2) u illegali. Kif sostnut fit-tieni motiv imressaq minn Garantovaná fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, il-multa għandha għalhekk tiġi mnaqqsa jew b’konformità mal-Artikolu 23(2) jew fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
Full & Egal Universal Law Academy