18.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fit-28 ta’ Frar 2013 — Guy Kleynen vs Conseil des ministres
(Kawża C-99/13)
2013/C 141/25
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Guy Kleynen
Konvenut: Conseil des ministres
Domanda preliminari
L-Artikoli 56 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 36 u 41 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux lil Stat Membru jintroduċi u jżomm fis-seħħ skema li tistabbilixxi tassazzjoni ogħla tal-interessi mħallsa mill-banek mhux residenti permezz ta’ eżenzjoni fiskali jew rata ta’ tassazzjoni iktar baxxa biss għall-interessi mħallsa mill-banek Belġjani?
Full & Egal Universal Law Academy