27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fl-4 ta’ Marzu 2013 — AS “Olainfarm” vs Latvijas Republikas Veselības ministrija, Zāļu valsts aģentūra
(Kawża C-104/13)
2013/C 123/20
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AS “Olainfarm”
Konvenuta: Latvijas Republikas Veselības ministrija, Zāļu valsts aģentūra
Intervenjenti: AS “Grindeks”
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 10 jew xi dispożizzjoni oħra tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-manifattur ta’ prodott mediċinali ta’ referenza għandu dritt suġġettv li jappella minn deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li permezz tagħha jiġi rreġistrat prodott mediċinali ġeneriku ta’ manifattur ieħor ta’ prodotti mediċinali, fejn bħala prodott mediċinali ta’ referenza jintuża l-prodott mediċinali rreġistrat tal-manifattur tal-prodott mediċinali ta’ referenza? Fi kliem ieħor, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet imsemmija tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83, minn din id-direttiva jirriżulta li l-manifattur tal-prodott mediċinali ta’ referenza għandu dritt għal protezzjoni ġudizzjarja bil-għan li jiġi eżaminat jekk il-manifattur tal-prodott mediċinali ġeneriku għamilx referenza b’mod legali u ġustifikat għall-prodott mediċinali rreġistrat tal-manifattur tal-prodott mediċinali ta’ referenza?
(2)
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 10 u 10a tad-Direttiva 2001/83 għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodott mediċinali rreġistrat bħala prodott mediċinali li jkun f’użu mediċinali stabbilit sew, inkonformità mal-Artikolu 10a tad-direttiva msemmija, jista’ jintuża bħala prodott mediċinali ta’ referenza, fis-sens tal-Artikolu 10(2)(a)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.
Full & Egal Universal Law Academy