18.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Tivoli (l-Italja) fl-4 ta’ Marzu 2013 — Francesco Fierro u Fabiana Marmorale vs Edoardo Ronchi u Cosimo Scocozza
(Kawża C-106/13)
2013/C 141/26
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Tivoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Francesco Fierro u Fabiana Marmorale
Konvenuti: Edoardo Ronchi u Cosimo Scocozza
Domanda preliminari
L-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet u tal-Libertajiet Fundamentali, moqri flimkien mal-Artikolu 6 (TUE, kif emendat bit-) Trattat ta’ Lisbona kif ukoll mal-Artikoli 17 u 52(3) tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludi, mill-perspettiva tal-indħil sproporzjonat u irraġonevoli fid-dritt għall-proprjetà, anki jekk previst mil-liġi, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Taljana — b’mod partikolari l-Artikolu 33 tal-Liġi Nru 1150/42, li tippermetti lill-komuni li jirregolaw it-trasformazzjonijiet immobiljari jew urbanistiċi fit-territorju tagħhom skont il-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-imsemmija liġi kif ukoll fl-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 10/77, fid-diversi liġijiet adottati mir-Reġjuni u moqrija flimkien mal-Artikolu 2 tat-TU Nru 380/2001 u mar-regoli lokali ta’ grad inferjuri (pjanijiet ġenerali ta’ tisbiħ u regoli ta’ implementazzjoni) kif ukoll fl-Artikolu 46 tat-TU Nru 380/2001, li jipprovdi n-nullità tal-atti ta’ bejgħ fil-każ ta’ tibdil fil-proprjetà immobbli mingħajr awtorizzazzjoni?
Full & Egal Universal Law Academy