25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Marzu 2013 — Ha Te Fo GmbH vs Finanzamt Haldensleben
(Kawża C-110/13)
2013/C 147/21
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ha Te Fo GmbH
Konvenut: Finanzamt Haldensleben
Domandi preliminari
(1)
(a)
Liema huma l-kundizzjonijiet li jippermettu li jiġi kkonstatat li impriżi jaġixxu flimkien fis-sens tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, tas-6 ta’ Mejju 2003, dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (1) (ir-“Rakkomandazzjoni SME”)? Kull kooperazzjoni funzjonali ta’ persuni fiżiċi implikati fiż-żewġ impriżi, mingħajr litigazzjoni jew kunflitt ta’ interessi, hija biżżejjed, jew għandu jkun jista’ jintgħaraf aġir miftiehem bejn dawn il-persuni?
(b)
Jekk aġir miftiehem huwa mitlub: dan jirriżulta sempliċement minn kooperazzjoni purament fattwali?
(2)
Fil-każ li ma jeżistix obbligu ta’ kontijiet ikkonsolidati, fl-eżami tal-kwistjoni dwar jekk impriża hijiex marbuta ma’ impriża oħra permezz ta’ persuna jew grupp ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien, huwa neċessarju, lil hinn mir-“relazzjonijiet” imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni SME, li ssir evalwazzjoni ekonomika globali li fiha għandhom jiġu analizzati aspetti bħar-relazzjonijiet ta’ proprjetà — f’dan il-każ, b’mod partikolari, il-fatt li l-azzjonisti jappartjenu lill-istess familja, l-istruttura tal-ishma u l-integrazzjoni ekonomika — kif ukoll b’mod partikolari l-identità tad-diretturi — tal-impriżi kkonċernati?
(3)
Fil-każ fejn, anki fl-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni SME, evalwazzjoni ekonomika globali li tmur lil hinn mill-eżami formali hija possibbli: intenzjoni li tiġi evitata d-definizzjoni ta’ SME jew, għall-inqas, ir-riskju li dan jseħħ, hija meħtieġa?
(1) ĠU L 124, p. 36.
Full & Egal Universal Law Academy