27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/14
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-111/13)
2013/C 123/22
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, O. Beynet u I. Koskinen)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja
Talbiet
—
tiddikjara li r-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (1), sa fejn hija naqset milli tadotta, jew fi kwalunkwe każ milli tinforma b’dan lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-Finlandja kontinentali, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 2(1), (2), (4) sa (18), (20), (22) sa (36), mal-ewwel sat-tielet sentenza tal-Artikolu 3(3), mal-Artikolu 3(6)(b), mal-Artikolu 12, mal-Artikolu 13(1)(2) u (5), mal-Artikolu 15(1) u (2), mat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1), mal-Artikolu 16(2) u (3), mal-Artikolu 25(1), mal-Artikolu 33, mat-tieni u mar-raba’ paragrafi tal-Artikolu 36(4), mal-Artikolu 36(6) u (8), mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(9), mal-Artikolu 39(4)(a) u (b), mal-Artikolu 39(5)(a) u (b) u mat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 39, mal-Artikolu 40(a) sa (e), (g) u (h), mal-Artikolu 41(1)(b), (c), (f), (h), (q) u (s) sa (u), mal-Artikolu 41(4)(b) u (d), (6)(a), (7), (9), (10), (11) u (12), mal-Artikolu 42(1), mal-Artikolu 43(1),(4) u (8), mal-Artikolu 44(1), (2), (3), (6) u (7), kif ukoll mas-sitt u mat-tmien inċiż tal-punt 1(a) tal-Anness I, u mal-punti (b), (d), (f) u (h), kif ukoll mal-punt 2 tiegħu;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 28 569,60 kuljum, b’effett mid-data li fiha tingħata s-sentenza fil-kawża preżenti;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu previst għall-implementazzjoni tad-Direttiva skada fit-3 ta’ Marzu 2011.
(1) ĠU L 211, p. 94.
Full & Egal Universal Law Academy