1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-8 ta’ Marzu 2013 — ASL n. 5 “Spezzino” et vs San Lorenzo Società Cooperativa Sociale, Croce Verde Cogema Cooperativa Sociale Onlus
(Kawża C-113/13)
2013/C 156/31
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ASL n. 5 “Spezzino”, A.N.P.A.S. Associazione Nazionale Pubblica Assistenza — Comitato Regionale Liguria, Regione Liguria
Konvenuti: San Lorenzo Società Cooperativa Sociale, Croce Verde Cogema Cooperativa Sociale Onlus
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 49, 56, 105 u 106 TFUE jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li servizzi ta’ trasport mediku jingħataw bi prijorità lill-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat, lis-Salib l-Aħmar Taljan u lill-istituzzjonijiet jew lill-entitajiet pubbliċi oħra awtorizzati, għalkemm abbażi ta’ ftehim li jipprovdi biss għar-rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti?
(2)
Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi — f’dan il-każ, fir-rigward tal-kuntratti esklużi, il-prinċipji ġenerali ta’ kompetizzjoni libera, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità — jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-għoti dirett tas-servizz ta’ trasport mediku, meta jkun hemm lok li ftehim qafas bħal dak kontenzjuż, li jipprovdi wkoll għar-rimbors ta’ spejjeż fissi u permanenti, jiġi kkwalifikat bħala li jsir bi ħlas?
Full & Egal Universal Law Academy