25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju) fil-11 ta’ Marzu 2013 — Theodora Hendrika Bouman vs Rijksdienst voor Pensioenen
(Kawża C-114/13)
2013/C 147/22
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidshof te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Theodora Hendrika Bouman
Konvenuta: Rijksdienst voor Pensioenen
Domanda preliminari
Il-parti tal-benefiċċju AOW mogħtija lil resident Olandiż, li tirriżulta minn perijodu ta’ assigurazzjoni li matulu dan ir-resident Olandiż jista’ jirrinunzja fuq sempliċi talba għall-affiljazzjoni fl-iskema Olandiża u għaldaqstant l-obbligu li jagħmel il-kontribuzzjoni dovuta, u effettivament talab li jirrinunzja għal perijodu limitat, għandha tiġi mqabbla ma’ benefiċċju mħallas taħt assigurazzjoni kontinwa fakultattiva fis-sens tal-Artikolu 46a(3)(c) tar-Regolament Nru 1408/71 (1) b’tali mod li ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fl-applikazzjoni tar-regola antikumulu li tinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 52(1) tad-Digriet Irjali tal-21 ta’ Diċembru 1967 li tistabbilixxi regolament ġenerali tal-iskema ta’ pensjoni tal-irtirar u tas-superstiti tal-ħaddiema impjegati?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
Full & Egal Universal Law Academy