15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Kamino International Logistics BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-129/13)
2013/C 171/22
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kamino International Logistics BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
(1)
Il-prinċipju tad-dritt Ewropew dwar l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża mill-amministrazzjoni huwa suġġett għal applikazzjoni diretta mill-qorti nazzjonali?
(2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv:
(a)
il-prinċipju tad-dritt Ewropew dwar l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża mill-amministrazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju msemmi jinkiser meta jkun ċert li d-destinatarju ta’ deċiżjoni proposta ma jkunx instema’ qabel ma l-amministrazzjoni tadotta miżura li tikkawżalu preġudizzju, iżda li madankollu tagħtih il-possibbiltà li jinstema’, f’fażi amministrattiva ulterjuri (ta’ lment), li tippreċedi l-aċċess għall-qorti nazzjonali?
(b)
il-konsegwenzi legali tal-ksur mill-amministrazzjoni tal-prinċipju tad-dritt Ewropew dwar l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża għandhom jiġu ddeterminati mid-dritt nazzjonali?
(3)
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda (b) hija fin-negattiv, liema huma ċ-ċirkustanzi li l-qorti nazzjonali, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-konsegwenzi legali, tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, u din tal-aħħar tista’ b’mod partikolari tieħu inkunsiderazzjoni l-kwistjoni jekk huwiex permess li jitqies li l-proċedura, mingħajr il-ksur mill-amministrazzjoni tal-prinċipju tad-dritt Ewropew dwar l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża, kien ikollha riżultat differenti?
Full & Egal Universal Law Academy