15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Datema Hellman Worldwide Logistics BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-130/13)
2013/C 171/23
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Datema Hellman Worldwide Logistics BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
(1)
Il-prinċipju ta’ dritt Ewropew dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża min-naħa tal-amministrazzjoni jista’ jiġi applikat b’mod dirett mill-qorti nazzjonali?
(2)
Jekk ir-risposta għall-domanda 1 hija fl-affermattiv:
(a)
il-prinċipju ta’ dritt Ewropew dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża min-naħa tal-ammistrazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-imsemmi prinċipju jinkiser meta d-destinatarju ta’ deċiżjoni proposta, li minkejja ma nstemax qabel l-amministrazzjoni tadotta miżura li tikkawżalu preġudizzju, iżda hija ttih madankollu l-possibbiltà, f’fażi amministrattiva sussegwenti (ta’ lment), li tippreċedi l-proċedura ġudizzjarja quddiem il-qorti nazzjonali, li jkun jista’ jinstema’?
(b)
il-konsegwenzi ġuridiċi tal-ksur min-naħa tal-amministrazzjoni tal-prinċipju ta’ dritt Ewropew dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiżi għandhom jiġu ddeterminati mid-dritt nazzjonali?
(3)
Jekk ir-risposta għad-domanda 2(b) hija negattiva, liema huwa ċ-ċirkustanzi li l-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, sabiex tiddetermina l-konsegwenzi ġuridiċi, u, b’mod partikolari, hija tista’ tieħdu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-proċedura, mingħajr il-ksur mill-amministrazzjoni tal-prinċipu ta’ dritt Ewropew dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża, kien ikollha eżitu ieħor?
Full & Egal Universal Law Academy