8.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (Il-Ġermanja) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs ILME GmbH
(Kawża C-132/13)
2013/C 164/18
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV
Konvenuta: ILME GmbH
Domanda preliminari
L-Artikoli 1, 8 u 10, kif ukoll l-Annessi II, IV u III tad-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-marka ta’ konformità “KE” ma għandhiex titqiegħed fuq kejsings għal konnetturi multipolari tal-elettriku mibjugħa bħala unitajiet separati u maħsuba għal użu industrijali?
(1) ĠU L 374, p. 10.
Full & Egal Universal Law Academy