15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Szatmári Malom vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
(Kawża C-135/13)
2013/C 171/26
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Szatmári Malom Kft.
Konvenuta: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
Domandi preliminari
(1)
Il-fatt li impriża trid toħloq unità ta’ produzzjoni ġdida billi tagħlaq l-unitajiet antiki, iżda mingħajr ma żżid il-kapaċità eżistenti, jikkorrispondi għall-kunċett ta’ titjib tal-prestazzjoni ġenerali tal-azjenda agrikola, użat fl-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1)?
(2)
L-investiment previst mir-rikorrenti jista’ jitqies bħala investiment intiż għat-titjib tal-prestazzjoni ġenerali tal-impriżi, fis-sens tal-Artikolu 20(b)(iii) u l-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005?
(3)
L-Artikolu 6(3) tad-Digriet Nru 47 tal-Ministru għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali, tas-17 ta’ April 2008, jinkludi regola konformi mal-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, sa fejn dan jipprevedi għajnuna għall-operazzjonijiet li huma intiżi biss, f’dak li jikkonċerna l-imtieħen, li jimmodernizzaw il-kapaċità eżistenti? Ir-Regolament tal-Kunsill jippermetti l-adozzjoni ta’ leġiżlazzoni nazzjonali li teskludi, għal raġunijiet ekonomiċi, l-għoti ta’ għajnuna għal ċerti miżuri ta’ żvilupp?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 286M tal-4 ta’ Novembru 2010, p. 26)
Full & Egal Universal Law Academy