15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Marzu 2013 — Naime Dogan vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-138/13)
2013/C 171/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Naime Dogan
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 4(1) tal-Protokoll addizzjonali tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu tul il-fażi tranżitorja tal-assoċjazzjoni mwaqqfa bil-ftehim tat-12 ta’ Settembru 1963 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija jipprekludi dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali introdotta għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq li tipprovdi li, sabiex ikun jista’ jidħol għall-ewwel darba fit-territorju [tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja], membru tal-familja ta’ ċittadin Tork li għandu l-istatus mogħti permezz tal-Artikolu 4(1) tal-Protokoll addizzjonali għandu jipprova minn qabel li huwa jista’ jesprimi ruħu, b’mod sempliċi, bil-Ġermaniż?
(2)
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1) jipprekludi d-dispożizzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel domanda?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.
Full & Egal Universal Law Academy