1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/22
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-139/13)
2013/C 156/34
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Maidani u G. Wils, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li peress li ma applikax, sat-28 ta’ Ġunju 2009, it-terminu previst mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004 (1), l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar il-ħruġ ta’ passaporti bijometriċi li jinkludu l-marki tas-swaba diġitali, skont id-dispożizzjonijiet inklużi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2009, tat-28 ta’ Ġunju 2006, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmi regolament,
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tilmenta lir-Renju tal-Belġju ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex jiżgura l-għoti ta’ passaporti bijometriċi li jintegraw il-marki tas-swaba diġitali fit-terminu preskritt mir-Regolament (KE) Nru 2252/2004.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, p. 375)
Full & Egal Universal Law Academy