22.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fl-20 ta’ Marzu 2013 — Bright Service S.A. vs Repsol Comercial de Productos Petrolíferos S.A.
(Kawża C-142/13)
2013/C 178/02
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bright Service S.A.
Konvenuta: Repsol Comercial de Productos Petrolíferos S.A.
Domanda preliminari
Meta jiġi eżaminat ftehim vertikali — li jipprevedi obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni — li kien diġà fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2000, li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Nru 1984/83 (1), iżda li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tar-Regolament Nru 2790/1999 (2), peress illi l-fornitur li huwa parti fil-ftehim iżomm sehem mis-suq li huwa ogħla minn 30 % (Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2790/1999), it-tul tal-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni jaqbeż ħames snin u l-beni kuntrattwali jinbiegħu mix-xerrej minn bini u minn art li l-fornitur ma huwiex proprjetarju tagħhom (Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 2790/1999):
(a)
l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 2790/1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li, mill-1 ta’ Jannar 2002, il-ftehim u, konkretament, l-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni, ma humiex koperti mill-eżenzjonijiet previsti minn dawn ir-regolamenti (Nru 1984/83 u Nru 2790/1999) u li l-konformità tagħhom mal-Artikolu 81(1)(KE) għandha tiġi eżaminata individwalment?
(b)
jew l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 2790/1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li għal dan il-ftehim għandu jiġi applikat it-terminu ta’ ħames snin previst għat-tul massimu tal-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni mill-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 2790/1999, b’mod li l-ftehim u, konkretament, l-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni huma koperti, mill-1 ta’ Jannar 2002, minn terminu ġdid ta’ ħames snin li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2006?
(c)
jew finalment l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 2790/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ftehim li jinkludi obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni huwa kopert, mill-1 ta’ Jannar 2002, minn terminu ġdid ta’ ħames snin, li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2006, fil-każ fejn it-tul li jifdal ta’ validità tal-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni fil-1 ta’ Jannar 2002 ma jaqbiżx ħames snin, iżda min-naħa l-oħra ma huwiex kopert mill-eżenzjonijiet, u l-konformità tiegħu mal-Artikolu 81(1) KE għandha tiġi eżaminata individwalment, fil-każ fejn it-tul li jifdal ta’ validità tal-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni fl-1 ta’ Jannar 2002 jaqbeż ħames snin?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83, tat-22 ta’ Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftheim ta’ xiri esklużiv (ĠU L 173, p. 5).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 364).
Full & Egal Universal Law Academy