15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Cluj (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Marzu 2013 — Bogdan Matei, Ioana Ofelia Matei vs SC Volksbank România SA
(Kawża C-143/13)
2013/C 171/29
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Specializat Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bogdan Matei, Ioana Ofelia Matei
Konvenut: SC Volksbank România SA
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-fatt li, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 (1), l-evalwazzjoni tan-natura abbużiva tal-klawżoli ma tirrigwarda la d-definizzjoni tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt u lanqas l-adegwatezza tal-prezz u tar-remunerazzjoni, minn naħa, meta mqabbla mas-servizzi jew mal-prodotti pprovduti inkambju, min-naħa l-oħra, sakemm dawn il-klawżoli jkunu redatti b’mod ċar u li jinftiehem,
u
peress li, skont l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/48 (2), id-definizzjoni li l-Artikolu 3(g) ta’ din l-istess direttiva jagħti tal-kunċett tal-ispiża totali tal-kreditu għall-konsumatur, li tinkludi l-kummissjonijiet kollha li l-konsumatur għandu jħallas għall-kuntratt ta’ kreditu lill-konsumaturi, ma hijiex applikabbli sabiex jiġi ddeterminat is-suġġett ta’ kuntratt ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ ipoteka,
b’hekk,
il-kunċetti ta’ “suġġett [prinċipali]” u/jew ta’ “prezz” li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13/KEE jistgħu jiġu interpretati fis-sens li dawn il-kunċetti — is-“suġġett [prinċipali]” u/jew il-“prezz” ta’ kuntratt ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ ipoteka — jinkludu wkoll, fost l-elementi li jiffurmaw il-korrispettiv dovut għall-istabbiliment tal-kreditu, ir-rata annwali effettiva globali ta’ dan il-kuntratt ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ ipoteka, iffurmat b’mod partikolari mir-rata ta’ interessi fissa jew varjabbli, mill-kummissjonijiet bankarji u mill-ispejjeż l-oħra inklużi u ddefiniti fil-kuntratt ta’ kreditu?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
(2) Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).
Full & Egal Universal Law Academy