29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Marzu 2013 — Holger Forstmann Transporte GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Münster
(Kawża C-152/13)
2013/C 189/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Holger Forstmann Transporte GmbH & Co. KG
Konvenut: Hauptzollamt Münster
Domandi preliminari
(1)
Il-kunċett ta’ manifattur fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva tal-Kunsill (KE) Nru 2003/96, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll garaxxijiet speċjalizzati jew ir-rappreżentanti kummerċjali tal-manifattur tal-vetturi meta, fil-kuntest tal-proċess tal-manifattura tal-vettura bil-mutur ikunu inkorporaw it-tank tal-karburant u meta, minħabba raġunijiet tekniċi u/jew ekonomiċi, il-proċess tal-manifattura jitwettaq minn diversi impriża indipendenti?
(2)
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: f’dawn il-każijiet, kif għandu jiġi interpretat l-kriterju stabbilit fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva tal-Kunsill (KE) Nru 2003/96, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, meta jkollu jiġi applikat għal vetturi bil-mutur “ta’ l-istess tip”?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.
Full & Egal Universal Law Academy